Description
Dan id-dokument jistabbilixxi l-politika tal-Grupp tal-BEI fil-prevenzjoni u t-trażżin ta’ korruzzjoni, frodi, kollużjoni, koerċizzjoni, ostruzzjoni, serq fil-bini tal-Grupp tal-BEI, użu ħażin tar-riżorsi jew l-assi tal-Grupp tal-BEI, ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu (b’mod konġunt “Imġiba Pprojbita”) fl-attivitajiet tiegħu. Ġie approvat mill-Bords tad-Diretturi tal-FEI u tal-BEI fil-21 u t-22 ta’ Lulju 2021 rispettivament u jsir effettiv mal-pubblikazzjoni tiegħu fil-5 ta’ Awwissu 2021. Jissostitwixxi l-Politika tal-BEI Kontra l-Frodi datata s-17 ta’ Settembru 2013.