Il-Bord tad-Diretturi għandu l-poter uniku li jieħu deċiżjonijiet fir-rigward ta’ self, garanziji u teħid ta’ self. Barra li jara li l-Bank jitmexxa sew, jiżgura li l-Bank qed jitmexxa skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat u tal-Istatut u skont id-direttivi ġenerali stabbiliti mill-Gvernaturi. Il-Bord tad-Diretturi għandu jikkonsisti minn 28 direttur u 31 direttur supplent. Dawn jinħatru mill-Gvernaturi għal perjodu ta’ ħames snin li jista’ jiġġedded. Direttur wieħed jinħatar minn kull Stat Membru u wieħed mill-Kummissjoni. Is-supplenti jinħatru mill-Istati Membri skont is-sehem kapitali tagħhom u l-ftehim tal-kostitwenza. Membru supplent wieħed jinħatar ukoll mill-Kummissjoni.
Barra dan, sabiex titwessa’ l-kompetenza esperta professjonali tal-Bord tad-Diretturi f’ċerti oqsma, il-Bord jista’ jaħtar b’co-option massimu ta’ sitt esperti (tliet Diretturi u tliet Supplenti), li jieħdu sehem fil-laqgħat tal-Bord f’kapaċità konsultattiva, mingħajr drittijiet għall-vot.
Id-deċiżjonijiet jittieħdu b'maġġoranza li tikkonsisti minn tal-anqas terz tal-membri intitolati għal vot u li tirrappreżenta tal-anqas 50% tal-kapital sottoskritt jew, f’oqsma definiti b’mod ċar, b’tal-anqas 18-il vot favur, li jirrappreżentaw minimu ta’ 68% tal-kapital sottoskritt.
Il-President tal-Kumitat ta’ Tmexxija jew, fin-nuqqas tagħha, xi ħadd mill-Viċi Presidenti, għandha tippresjedi fil-laqgħat tal-Bord tad-Diretturi iżda ma tivvutax.
Informazzjoni ewlenija:
- Ir-remunerazzjoni tal-membri tal-korpi Statutorji tal-BEI
- L-Istatut tal-BEI
*Il-kuluri tar-ringieli jindikaw il-kostitwenzi differenti tal-pajjiżi fil-Bord tad-Diretturi tal-BEI).
Jeżamina l-kwistjonijiet tal-politika li jinqalgħu mill-parteċipazzjonijiet fl-ishma azzjonarji diretti u indiretti miżmuma jew akkwistati mill-BEI.
Jiddiskuti u jagħti konsulenza lill-Bord tad-Diretturi dwar il-politiki tal-Bank dwar ir-riskji, inklużi dawk il-politiki rilevanti għall-aspetti tal-Grupp tal-BEI.
Jiddiskuti l-proposti u jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar kwistjonijiet tal-baġit u r-remunerazzjoni tal-persunal bi tħejjija għad-dibattiti u d-deċiżjonijiet sussegwenti.
Il-Grupp ta’ Konsulenza tal-Bord jagħti opinjonijiet mhux vinkolanti lill-Bord tad-Diretturi tal-BEI dwar il-proposti ta’ finanzjament li jikkonċernaw attivitajiet barra l-Unjoni Ewropea.